Wikipedija:Premju tal-Ktieb
Kompetizzjoni għall-kitba fuq il-Wikipedija dwar ir-Rebbieħa tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb

Din hija kompetizzjoni għall-kitba u t-titjib ta’ artikli fuq il-Wikipedija bil-Malti, organizzata mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK), f'kollaborazzjoni ma' Wikimedia Community Malta (WCM).
- Dettalji importanti din dwar il-kompetizzjoni:
Għan: Jiżdiedu u jittejbu l-artikli fuq il-Wikipedija bil-Malti dwar il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u r-rebbieħa tiegħu mill-1971 ’il quddiem.
X’tista’ tikteb: Jistgħu jinħolqu artikli ġodda jew jitjiebu artikli eżistenti dwar il-premju, il-kotba rebbieħa u l-awturi jew persuni oħra marbuta mar-rebbieħa.
Lista ta’ rebbieħa: Il-lista tal-persuni li rebħu l-premju tinsab hawnhekk, u tista’ tintuża biex tidentifika persuni li dwarhom jista’ jinħoloq artiklu fuq il-Wikipedija bil-Malti. https://w.wiki/UHiU
Dashboard tal-Kompetizzjoni:Il-parteċipanti jistgħu jirreġistraw u jsegwu l-kontribuzzjonijiet tagħhom permezz tal-Wikimedia Outreach Dashboard.
Premjijiet: Il-parteċipanti li jikkontribwixxu l-aktar għandhom iċ-ċans li jirbħu sett ta’ kotba li kienu fost il-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025. Ir-rebbieħ jagħżel kotba mill-finalisti ta' kull kategorija - li jinkludu l-ktieb rebbieħ. Tistgħu tagħżlu kotba minn dawn il-gruppi ta' kategoriji: kotba fittizji, kotba ta' riċerka, jew kotba tat-tfal u ż-żgħażagħ.
Dati tal-Kompetizzjoni
[immodifika s-sors]Mill-1 ta’ Ottubru 2026 sal-31 ta’ Ottubru 2026.
🏆Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni jitħabbru waqt Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, li se jsir bejn l-4 u t-8 ta’ Novembru 2026.
Il-kompetizzjoni hija opportunità biex jitkabbar il-kontenut bil-Malti fuq il-Wikipedija u biex jiġi dokumentat aħjar il-kontribut tal-kittieba u tal-letteratura Maltija.
Importanti: Jekk qed tipparteċipa fil-kompetizzjoni, irreġistra fid-Dashboard biex il-kontribuzzjonijiet tiegħek ikunu jistgħu jiġu segwiti.